Is-Sindku tal-Gżira, Conrad Borg Manché flimkien mal-Kamp Emerġenza Ambjent ħabbru li se tkun qed issir tindifa f’Manoel Island.
Dan tħabbar wara li s-Sibt li għadda nfetaħ l-aċċess għal dan il-post, is-Sindku spjega li f’dawn l-aħħar 16-il sena Manoel Island kien tħalla fi stat ta’ abbandun. Huwa appella lill-pubbliku nġenerali kif ukoll organizazzjonijiet biex jipparteċipaw f’din l-inizjattiva u jagħtu l-appoġġ tagħhom.