Wara li l-ġimgħa li għaddiet statistika tal-Eurostat ikkonfermat li l-ġid nazzjonali ta’ Malta qed jiżdied b’rata doppja tal-medja taż-żona ewro, illum stqarrija tal-Eurostat turi li l-istess distakk jeżisti anke fir-rata ta’ mpjiegi.
Filfatt skont il-Eurostat fit-tieni kwart tal-2016 f’pajjiżna l-impjiegi kienu 2.8% ogħla milli kienu fl-istess perijodu s-sena qabel. B’kuntrast madwar iż-żona ewro, iż-żieda kienet ta’ 1.4% biss.
Kien biss fl-Irlanda li kienet irregistrata żieda ogħla minn dik f’Malta, b’differenza marġinali ta’ 0.1%.
Ta’ min ifakkar li matul l-ewwel tlett snin ta’ din il-leġiżlatura pajjiżna dejjem kellu l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan wassal lill-Kummisjoni Ewropea biex tbassar li anke din is-sena pajjiżna se jibqa fil-quċċata fejn jidħlu impjiegi.
Matul it-tieni kwart tal-aħħar sena ta’ amministrazzjoni preċedenti l-impjiegi kienu żdiedu b’1.8% biss.
Dawn ir-rizultati jikkonfermaw li l-politika tal-Gvern qed twassal għal tkabbir ekonomiku li jissarraf f’bidla pożittiva fil-ħajja ta’ eluf ta’ persuni f’pajjiżna.
Jobs in #Malta are increasing at double the #Euro zone average -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) September 14, 2016