L-anzjani kollha li jagħlqu ħamsa u sebgħin sena se jkunu issa intitolati awtomatikament sagħtejn ta’ għajnuna minn helpers ġo djarhom stess.
L-għan ta’ dan is-servizz, li għalih ġew investiti żewġ miljun ewro, huwa li jagħti appo[[ lill-anzjani jew persuni b’diżabilità biex ikomplu jgħixu kemm jista’ jkun b’mod indipendenti fil-komunità.
Il-Kap tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità Renzo Degabriele spjega li dan seta’ jsir wara riforma meħtieġa li neħħiet l-istadju li l-aplikazzjonijiet għal din l-għajnuna tiġi kkunsidrata mill-bord tal-Home Help.
“Il-proċess jitħaffef ħafna, supervisor mid-Dipartiment tmur id-dar tal-anzjan tara l-bżonnijiet li hemm tara li l-każ ikun ġenwin u l-helper jingħataw awtomatikament għal dawk is-sagħtejn lill-anzjann rispettiv.”
Permezz ta’ dan is-servizz il-helper se jgħinu lill-anzjani f’affarijiet bażiċi, fosthom xiri fil-viċinanzi, tindif u tħejjija ta’ ikliet ħfief.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Silvio Parnis qal li b’dan l-investiment fil-homehelp tneħħew minn fuq il-lista ta’ stennija, erba’ mitt anzjan u anzjana li kienu qed jistennew li jieħdu dan is-servizz kruċjali għalihom.
“Aħna qegħdin naħdmu biex kull waiting list li tidħol fejn jidħlu l-qasam tal-anzjani tiġi evitata u ma tibqax teżisti dan qedin naħdmu anke fid-dħul tad-djar tal-anzjani u ħadna ħsieb li l-miżura li għamilna dawn l-anzjani li għandhom 75 sena u li qabel kien isir assasment li kien jieħu ħafna ħin u b’dan naqqasna għal kollox il-waitin list li kien hemm.”
Sivlio Parnis spjega li eliġibbli għal dan is-servizz se jkun hemm ukoll anzjani li għandhom ħamsa u sittin sena jew aktar li l-applikazzjoni tagħhom tiġi kkunsidrata minn bord, persuni taħt il-65 sena li għandhom Karta tal-Identità Speċjali valida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u applikanti oħra li qed ibatu minn mard serju.
Bħalissa mis-servizz tal-homehelp jgawdu erbat elef anzjan, iżda issa b’aktar nuqqas ta’ burokrazija se jgawdu aktar anzjani u anke se jiżdiedu aktar ħaddiema.
Preżentament kull ħaddiem jgħin madwar għaxar familji fil-ġimgħa.