L-istatwa ta’ Marija Bambina tax-Xagħra Għawdex inħarġet fuq iz-zuntier tal-Bażilika propju fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu.
Bi prekawzzjonijiet stretti sad-disgħa ta’ filgħodu l-quddies sar fuq l-istess zuntier.
Ix-Xagħra hija waħda mill-erba’ parroċċi f’Malta li jiċċelebraw it-twelid ta’ omm Alla, flimkien mal-Mellieħa, Isla u Naxxar.
Fil-jum tat-Tnejn ix-Xagħra laqgħet l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u l-Kap tal-Opożizzjoni Adrian Delia, fejn ġiet iċċelebrara l-quddiesa tat-Te Deum.