Fil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Vitorja meta pajjiżna jfakkar ir-rebħa kontra t-Torok fl-1565 u l-jum li fih it-Taljani waqfu jibbumbardjaw lil pajjiżna, dalgħodu l-President ta’ Malta, George Vella poġġa l-fjuri fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.
Quddiem il-momunent, il-Forzi Armati laqgħu lill-President Malti, li mexa sal-monument, fejn ingħatat il-Present Arms u ndaqqet il-fanfarra.
Il-President ta’ Malta kien akkumpanjat mis-Sindku tal-Belt Kapitali Alfred Zammit.