In-negozjatur ta’ Boris Johnson, David Frost saħaq li hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea tkun aktar realistika fejn jidħol l-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż indipendenti.
David Frost u Michel Barnier li huwa n-negozjatur ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea għat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, mistennija jerġgħu jiltaqgħu għat-tmien darba biex ikomplu jiddiskutu Brexit.
Dan fid-dawl li l-ftehim irid jintlaħaq sal-15 ta’ Ottubru li ġej.