B’referenza għall-istqarrija ta’ Birdlife Malta, il-Gvern għarraf li l-każijiet ta’ kaċċa illegali li għamlet referenza għalihom illum, qed jiġu investigati mill-Pulizija. Min jinstab ħati jista’ jeħel fost l-aktar sentenzi iebsa fl-Ewropa fuq kaċċa illegali.
Rigward il-proposta sabiex jiġi sospiż l-istaġun tal-kaċċa, skont ir-regolamenti, il-prerogattiva sabiex isiru rakkomandazzjonijiet biex jiġi sospiż jew jiġu emendati l-parametri ta’ kwalunkwe staġun tal-kaċċa hi tal-Kumitat Ornis.
Il-Gvern dejjem jevalwa u jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dan il-kumitat.
Aqra wkoll dwar x’qalu l-Birdlife u Kaċċaturi San Ubertu.