Tinsab miftuħa esebizzjoni ta’ fotografija u skultura, imtella’ mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, fil-premises tan-19th Dingli Girl Guides f’ Misraħ Francis Ebejer f’Ħad-Dingli.
Fl-okkazzjoni ta’ Jum Ħad-Dingli li jaħbat nhar il-Ħadd 18 ta’ Settembru, l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli ħaseb sabiex itella’ esebizzjoni tat-talent ta’ żewġ artisti Dinglin, Joe Smith (fotografu) u Charles Sammut (skultur). L-esebizzjoni bit-tema’ “Is-Sensi” tesplora t-tema’ li l-Kunsill għażel għall-Jum Ħad-Dingli, hekk kif wieħed jista’ jesperjenza s-sħubija ta’ raħal pittoresk bl-użu tal-ħames sensi.
L-artist Joe Smith studja l- arti u d-diżin f’Malta u f’Firenze. Huwa rebbieħ ta’ diversi premji prestiġjużi u esebixxa ħafna mix-xogħol tiegħu anke f’pajjiżi barra minn Malta. L-iskultur Charles Sammut studja ukoll mal-artist Daniż Yan Alan Johnson. Għamel diversi esebizzjonijiet, anke barra minn pajjiżna. Huwa għandu biċċiet tal-arti mifruxha ma’ Malta kollha magħmulin kemm miċ-ċeramika, kemm mill-ġebla Maltija kif ukoll mill-ħadid.
L-esebizzjoni se tkun miftuħa sal-Ġimgħa 16 ta’ Settembru mis-6:00pm sad-9:00pm.