Il-kandidata demokratika għall-Presidenza Amerikana, Hillary Clinton żammet id-dijanjosi tal-pneumonia tagħha sigrieta minn ħafna mill-istaff tagħha.
Dan hekk kif għażlet li tinforma biss lill-persuni qrib tagħha u lil tal-familja għaliex kienet imħassba wkoll dwar il-fatt li l-aħbar tal-marda tagħha, tista’ tiġi sfruttata mill-avversarji tagħha. Kien nhar il-Ġimgħa li għadda li Clinton saret taf li qed issofri mill-pneumonia u minkejja li ingħatat il-parir biex tistrieħ, hija ddeċidiet li tkompli bil-kampanja tagħha. Għalkemm, kellha tħassar iż-żjara tagħha f’Kalifornja.
Barra minn hekk, l-aħbar xterdet aktar wara li l-Ħadd li għadda, waqt iċ-ċerimonja li tfakkar il-vittmi tal-attakk li seħħ fil-ħdax ta’ Settembru tal-elfejn u waħda, Hillary Clinton ħassitha ma tiflaħx u dehret ma tilfħax iżżomm fuq saqajha.