“Aktar kmieni waranofsinhar is-CSN għażlu li jomplu għadejjin b’kampanja ta’ gideb sfaċċat fil-konfront tiegħi”
Dan kien kliem il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia f’filmat miġbud u mtella minnu stess ftit tas-sigħat biss wara li s-soċjetà ċivili qalet li kellu problemi fil-proċess tad-due diligence b’rabta mal-elezzjoni għal kap.
Din l-allegazzjoni li skont Delia u l-Kummissjoni Kandidati Partit Nazzjonalista hija gidba ġiet mill-istess klikka ta’ nies li qed jaħdmu qatigħ sabiex Bernard Grech jirbaħ l-elezzjoni li ġejja għal pożizzjoni ta’ Kap Nazzjonalista.
F’filmat mtella fuq fuq Facebook, Delia uża kliem l-eks Kap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami sabiex jattakka lil dawn l-esponenti li wieħed minnhom huwa iben Eddie Fenech Adami stess
Il-Kap Nazjonalista kompla jattakka lis-Soċjeta Ċivili u appella sabiex dawn in-nies jieqfu jigdbu u jħallu l-istituzzjonijiet jagħmlu xogħlhom.