Raġel mill-Pakistan ta’ ħamsa u għoxrin sena u Somalu ta’ sbatax-il sena weħlu sitt xhur ħabs wara li ffalsifikaw passaporti foloz.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Karl Roberts u Christian Abela ntqal kif il-Ħamis li għadda huma nqabdu b’passaporti foloz.
Iż-żewġ imputati wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.