Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca iddaħlet l-isptar Mater Dei għal ftit ħin, sakemm għamlet xi testijiet.
Kelliem għall-President qal li dan ma kienx każ fejn hija żżammet għal ħin twil, jew inkella każ ta’ inkwiet serju fejn tidħol is-saħħa tagħha.
Fi stqarrija l-Uffiċju tal-President ikkonferma li wara testijiet ta’ rutina, tinsab lura fl-uffiċċju.