Il-grupp tal-Partit Popolari Ewropew iddeċieda ftit tal-minuti ilu li jivvota kontra n-nomina ta’ Leo Brincat.
one.com.mt jista’ jikkonferma li din id-deċiżjoni ttieħdet f’laqgħa li għaliha kien hemm il-membri tal-Parlament Ewropej Maltin f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Pedro López de Pablo , kelliem tal-grupp, ikkonferma magħna din l-informazzjoni. Għalkemm stqarr li l-vot sigriet u d-dixxiplina tal-vot ma tkunx dejjem skont id-direzzjoni tal-grupp.
Tagħrif li kiseb one.com.mt jgħid li għalkemm David Casa, Roberta Metsola u Therese Commodini Cachia kienu fil-laqgħa m’għamlux pressjoni biex jikkonvinċu lil sħabhom jivvotaw favur il-kandidat Malti. Id-delegazzjoni Maltija f’isem il-PN għadha ma qalitx x’se tkun qed tgħamel fil-vot ta’ għada. Ta’ għada huwa t-tieni test minn tlieta għall-Leo Brincat. Hu diġa’ għadda mill-ewwel wieħed dak tal-kumitat għall-kontroll tal-baġit.