Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni presidenzjali, Joe Biden sostna li għandhom jinħarġu l-akkużi kontra l-pulizija li saparaw fuq żewġ persuni ta’ karnaġġjon skura: Jacob Blake li kawża tat-tiri spiċċa pparalizzat u Breonna Taylor li nqatlet waqt rejd.
Biden kien qed jitkellem f’Delaware meta semma l-każijiet li xprunaw protesti madwar l-Amerika sabiex issir ġustizzja mal-vittmi u qrabathom.
Il-kandidat Demokratiku kien mistoqsi jekk jaqblix ma’ Kamala Harris, il-kandidata Demokratika għall-Viċi President, illi l-pulizija għandhom jitressqu l-qorti, Biden wieġeb li s-sistema ġudizzjarja Amerikana għandha tipproċedi skont il-ħtieġa tal-każijiet; filwaqt li sostna li tal-inqas il-pulizija għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja.
Skont starriġ pubbliku, Biden bħalissa qed igawdi vantaġġ fuq il-kandidat Repubblikan u l-President attwali Amerikan Donald Trump.