Il-Bulgarija ma baqgħetx parti mill-amber list.
Dan tħabbar fi stqarrija konġunta mill-Ministeru għas-Saħħa u dak għat-Turiżmu.
B’hekk issa f’din il-lista baqa’ r-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka, Spanja u t-Tuneżija.
Kull min jiġi minn dawn il-pajjiżi jrid jipprovdi test negattiv għall-Covid-19 jew ikollu jagħmel test f’pajjiżna.
Dan se jidħol fis-seħħ min nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru f’nofs il-lejl.