Il-President Amerikan Donald Trump iddefenda partitarji tiegħu għall-irwol li dawn jidher li kellhom f’reati vjolenti fl-aħħar żmien.
Fost dawn hemm persuna żagħżugħa li qatlet żewġ persuni oħra f’Wisconsin, kif ukoll partitarji oħra li kienu vjolenti fil-pubbliku f’Oregon fl-aħħar jiem. Skont Trump, dawn kollha kienu qegħdin jiddefendu ruħhom.
B’rabta mal-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti għal Novembru li ġej, s’issa jidher li Joe Biden huwa l-kandidat favorit.