Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li kiteb liċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista sabiex Bernard Grech jingħata spazju fil-midja tal-partit.
Jirriżulta li Bernard Grech, li qed jipprova jieħu post Delia ilmenta li mhux jingħata biżżejjed spazju fuq il-midja Nazzjonalista.
Delia qal li fl-aħħar seduta tal-Amministrattiv tal-Partit kien hemm qbil illi l-ħin allokat fil-media jingħata wara li jintemm il-proċess ta’ analizzar taż-żewġ kandidati, meta allura jkun hemm kandidatura uffiċjali għall-kariga ta’ Kap iżda biex juri li għamel ġest ta’ rieda tajba, ma’ Bernard Grech, Delia qal li se jtih spazju fuq il-midja Nazzjonalista.
“Nies fil-PN, anki tarahom jiktbu fuq facebook, li Bernard Grech mhux jidher fuq il-midja tal-PN, qed jitħalla barra. M’hemmx bilanċ.” Stqarr il-preżentatur filwaqt li Delia wieġeb, “Assolutament ħaġa ma torbotx mal-oħra.”
Dawk li qed jappoġġjaw lil Bernard Grech mill-ewwel ħarġu jisparaw il-kanuni lejn Adrian Delia.
Alan Abela Wedge, persuna li jissimpatizza ma’ Bernard Grech wara li huwa esponent tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, qal li din hija gidba ħoxna minn Adrian Delia.
L-eks kunsillier Nazzjonalista kiteb fuq Facebook li Delia ilu ħmistax-il ġurnata joġezzjona bil-qawwa li Bernard Grech jidher fuq il-midja Nazzjoanlista.
Intant, fuq l-istazzjon Nazzjonalista, il-Ħamis filgħaxija se jidhru kemm Bernard Grech kif ukoll Adrian Delia, fejn se jiġu intervistati minn Dione Borg, magħruf għal-leatlà tiegħu għal Kap Adrian Delia.