It-tobba qalulu li qatt m’hu se jkun jista jimxi – iżda llum il-ġurnata dan ir-raġel jindirizza eluf ta’ nies f’diskorsi ta’ kuraġġ li jgħamel biex jagħti tama lil dawk in-nies li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli.
Nick Vujicic, ta’ 32 sena twieled mingħajr idejn u saqajn, minkejja li jsib diffikultá f’numru ta’ affarijiet bażiċi li jagħmel ta’ kuljum fosthom jaħsel snienu, huwa sar kelliem magħruf mal-bosta, iżda mhux biss. Huwa rnexxielu jagħmel affarijiet li qatt ħadd ma ħaseb li se jkun jista’ jgħamel, fosthom – skydiving.
Vujicic, kien ibagħti mid-dipressjoni wara li għadda minn snin twal ta’ bullying. Ta’ 10 snin biss huwa prova jagħmel suwiċidju.
Huwa kuraġġ ta’ tama, dak ta’ Nick Vujicic, kif jidher tajjeb f’dan il-filmat.