L-eks konslu ta’ Malta f’Shanghai Aldo Cutajar u martu Isabel Cutajar ngħataw il-ħelsien mill-arrest.
Huma qed jiffaċċjaw akkużi b’rabta ma’ ħasil ta’ flus.
Dalgħodu il-Qorti ppresedutha l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech kompliet tisma’ aktar xhieda li ressqet il-prosekuzzjoni.
Fost ix-xhieda kien hemm Daniel Miles Ashforth, li jaħdem fis-settur tad-dgħajjes. Huwa spjega kif lill-koppja urihom jott li jiswa’ mas-€600,000, iżda jidher li ma sarx ftehim biex jinxtara.
Għaldaqstant, il-Maġistrat wara li semgħet ix-xhieda, tat il-ħelsien mill-arrest lil Aldo u Isabel Cuatajr fuq numru ta’ kundizzjonijiet.
Il-Maġistrat saħqet li hemm biżżejjed provi biex il-koppja Cutajar jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża.