Raġel li għandu 46 sena mir-Rabat Għawdex ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ttella’ l-Qorti mixli li hedded u għamel reżistenza bi vjolenza fuq membru tal-Korp tal-Pulizija.
Il-każ seħħ nhar l-14 t’Awwissu għall-ħabta tal-21:45 ta’ filgħaxija fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh li kienu jinkludu wkoll li m’obdiex ordnijiet mogħtija lilu, li kiser il-paċi pubblika u li rrenda ruħu riċediv.
Hu ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.