Għall-kuntlarju ta’ dak li jaħsbu bosta, dawk li bħalissa qed iqisu lilhom bħala kontestanti għat-tron Russu qegħdin jiġġieldu battalja legali fl-Italja u mhux fir-Russja.
Dan kollu beda ftit tax-xhur ilu meta personalità Taljana bl-isem, ‘Carlo Alberto Maccan Romanoff’ sostna li huwa dixxendent dirett mill-aħħar Tsar Russu.
Għaldaqstant, diversi persuni li għandhoms setgħa fuq dan it-tron għamlu rapport lill-pulizija fl-Italja u fetħu kawża ċivili kontrih.
Madwar id-dinja diversi djar irjali u gvernijiet jirrikonoxxu lid-Dukessa Maria u lid-Duka George tar-Russja bħala l-uniċi membri tal-familja imperjali Russa Romanoff.
Skont Dr Stanislav V. Dumin, il-kap tal-kunsill araldiku tal-President tal-Federazzjoni Russa, Carlo Alberto Maccan Romanoff bl-ebda mod m’għandu konnessjoni mal-membri tal-familja imperjali Russa dawk li hemm bħalissa kif ukoll dawk passati.
Lokalment, rappreżentanti uffiċjali f’Malta għad-Dar Imperjali Russa li huma reġistrati bħala d-delegazzjoni Maltija tal-Assemblea tan-Nobbiltà Russa, ħarġu stqarrija li jiċħdu l-allegazzjonijiet ta’ Carlo Alberto.
Lura fl-2017, id-Dukessa Maria kienet għamlet żjara uffiċjali f’pajjiżna sabiex tikkommemora il-140 anniversarju tat-twelid tan-nanna tagħha f’Malta.