Hekk kif Donald Trump ġie magħżul uffiċjalment bħala l-kandidat Repubblikan għall-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti, il-President Amerikan wissa lill-partitarji Repubblikani li l-avversarji jistgħu “jisirqu” l-elezzjoni ta’ Novembru.
Fl-ewwel jum tal-konvenzjoni tar-Repubblikani f’North Carolina, Trump qal lid-delegati li l-avversarji Demokratiċi qed jużaw il-COVID-19 biex jiffrodaw lill-Amerikani.
Il-partitarji fil-konvenzjoni wrew l-appoġġ tagħhom lil Trump, u kantaw versi biex juruh li jriduh jibqa’ erba’ snin oħra.
L-emendi li kienu saru fil-Kostituzzjoni Amerikana jgħidu li l-President tal-Istati Uniti jista’ jservi biss żewġ termini, għal total ta’ tmien snin fil-White House.