Malti li huwa mfittex fuq reati serji li allegatament twettqu fl-Istati Uniti kien arrestat mill-Pulizija Maltija.
Ir-raġel għandu sebgħa u ħamsin sena u huwa mfittex mill-Awtoritajiet Amerikani fuq reati relatati ma’ attivitajiet sesswali ma’ minorenni taħt is-sittax -il sena fl-Istati Uniti.
Dan filwaqt li l-pulizija Maltija kkonfermat li ma sar ebda reat tal-istess natura f’Malta mill-persuna arrestata.
Ir-raġel ġie arrestat għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħodu permezz ta’ mandat t’arrest internazzjonali maħruġ mill-Istati Uniti wara ġimgħat ta’ investigazzjoni.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin sabiex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni lejn l-Amerka.