Mara ta’ 63 sena mill-Birgu sofriet minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċent tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-20:45 ta’ filgħaxija viċin Bieb is-Sultan f’Ħaż-Żabbar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lill-mara li mbagħad ittieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.