Jekk fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista jżomm l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment. Iddikjara dan Simon Busuttil, l-istess Kap tal-Oppożizzjoni li fl-aħħar tliet snin attakka l-iskema qatta bla ħabel u prova juża biex jagħmel ħsara lil pajjiżna f’istituzzjonijiet Ewropej. Peró meta mistoqsi f’intervista ma’ The Sunday Times Busutil qal biss li “l-PN fil-gvern jirrevedi l-iskema.”
Fl-ebda ħin ma qal li jneħħiha għax skont hu anke jekk hu kontra tagħha huwa prammatiku.
Saħansitra wasal biex qal li hemm skemi simili li wieħed għandu jinkorraġihom.
Id-dikjarazzjoni ta’ Busuttil tistona ferm mat-ton agressiv li hu, d-deputati tiegħu u l-midja tal-Partit Nazzjonalista għadhom jadottaw fil-konfront tal-iskema. Għalkemm imbagħad hemm deputati u uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista li għandhom interess f’ditti li jħaddmu l-iskema u minnhom idaħħlu eluf ta’ ewro.
Lil dawn Simon Busuttil iddefendihom għax qal dawn ma jistgħux ma jagħmlux dak li llum huwa parti mis-sistema legali ta’ pajjiżna. Il-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment li għalkemm Busuttil jgħid li mhux se jneħħiħ jattakkah il-ħin kollu huwa l-uniku wieħed approvat mill-Kumissjoni Ewropea u jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku.
Tant li jissemma ta’ sikwit fir-rapporti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.
Dwar dan il-Partit Laburista, fi stqarrija, stqarr li din l-iskema turi kemm Simon Busuttil hu elitist magħluq fl-establishment tiegħu li jippriedka t-trasparenza u jagħmel mod ieħor.
Il-Partit Laburista fisser kif anke n-nies fi ħdanu stess tilfu l-fiduċja fih u sejħu lil Partit Nazzjonalista, każin fejn kulħadd jara l-interessi tiegħu.