Kokijiet Maltin bħalissa jinsabu ġewwa l-kapitali tal-Libanu, Bejrut fejn qed isajru lil din il-komunità. Dan wara li fil-bidu ta’ dan ix-xahar, il-kapitali tal-Libanu ntlaqtet minn spluzzjoni qawwija.
Din ħalliet aktar minn 130 persuna mejta u eluf midruba, filwaqt li eluf baqgħu spiċċaw mingħajr dar.
Dan it-tim ta’ kokijiet qed jitmexxa minn Hany Harb, li huwa sid ta’ restorant f’pajjiżna.
Qabel telaq lejn il-Libanu dan it-tim ta’ kokijiet ġabru eluf ta’ ewro sabiex ikunu jistgħu jixtru l-ingredjenti biex isajru lil din il-komunità.