Malta hija waħda mill-ewwel pajjiżi li se tiġi allokata fond ta’ kważi mitejn u erbgħa u erbgħin miljun ewro, f’self mogħti mill-Unjoni Ewropea bħala parti mid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill, dwar l-Istrument Ewropew għall-Appoġġ Temporanju biex jitnaqqsu r-riskji tal-Qgħad f’Emerġenza.
Bħalissa l-Gvern Malti qed jgħin l-impjiegi u l-intrapriżi matul il-pandemija permezz ta’ diversi skemi u din l-iskema Ewropea hija maħsuba biex ttaffi l-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi li ġiet miż-żieda fin-nefqa pubblika meħtieġa bħala reazzjoni għall-imxija.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna nnota b’sodisfazzjon dan l-iżvilupp hekk kif Malta appoġġjat dan l-istrument Ewropew.