Amerikan ta’ 51 sena li joqgħod Għajnsielem ttella’ l-Qorti t’Għawdex mixli li kkawża ġrieħi gravi b’arma li taqta’ u bil-ponta lil tfajla Rumena ta’ 26 sena.
Quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana, l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.