Raġel ta’ wieħed u erbgħin sena minn Birżebbuġa, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li darab ħafif lis-sieħba tiegħu li ilu erba’ xhur magħha.
Il-Maġistrat Charmaine Galea ordnat li l-isem tal-imputat ma jixxandarx bil-għan li tkun protetta l-identità tal-vittma.
Fil-Qorti ntqal li s-Sibt li għadda qam argument bejn il-koppja fuq ir-relazzjoni tagħhom.
L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ ħames mitt ewro u garanzija personali ta’ elf ewro.
Il-Qorti ordnat lill-imputat biex imur jiffirma darbtejn f’ġimgħa fl-għassa tal-Pulzija.