F’telefonata mal-Ministru tal-Affarijien Barranin tal-Kuwajt, H.H. Sheikh Dott, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Evarist Bartolo ddiskutew it-tisħiħ tar-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiż.
Huma qablu li jaħdmu flimkien għall-ġid taż-żewġ pajjiżi fl-oqsma politiċi, soċjali u kummerċjali.
Dawn iż-żewġ Ministru tkellmu wkoll kif jista’ jkun hemm il-paċi u l-istabiltà fil-Libja, fil-Mediterran u fil-Lvant Nofsani.
Tkellmu wkoll dwar il-kunflitt fil-Libja, fejn awguraw li l-Libjani jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex jieqfu mill-ġlieda u jsolvu huma stess il-problemi tagħhom u jibdew jiżviluppaw lil Libja għall-ġid tal-Libjani stess.
Huma tkellmu wkoll dwar it-tensjoni fil-Lvant tal-Mediterran appellaw għad-djalogu u n-negozjati bejn it-Turkija, il-Ġreċja, Ċipru u l-Eġittu biex jilħqu ftehim blużu tar-raġuni għall-ġid komuni flok bl-użu tal-forza li żġur joħloq iżjed problemi.