Wara r-riżenja tal-Avukat Ġenerali Peter Grech, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis ħabbar li twaqqfet il-Kummissjoni għall-Ħatra ta’ Avukat Ġenerali l-ġdid.
Din il-kummissjoni se titmexxa mill-Imħallef Emeritus Michael Mallia, bl-Imħallfin Emeriti Lawrence Quintano u Antonio Mizzi huma membri ta’ din il-Kummissjoni.
Fi stqarrija, intqal kif il-pass li jmiss huwa li l-Kummissjoni ta’ Ħatra se tippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern sejħa għal dan il-post vakanti ta’ Avukat Ġenerali.
Dan se jseħħ wara r-riforma importanti li twettqet is-sena l-oħra, meta l-Gvern issepara l-poteri tal-uffiċini tal-Avukat tal-Istat u tal-Avukat Ġenerali. Intqal kif dan il-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewlieni f’pajjiżna.
Il-Ministru Zammit Lewis temm din l-istqarrija billi rringrazzja lill-Avukat Ġenerali uxxenti Dr Peter Grech għas-servizz li ta lill-istat Malti tul l-għaxar snin li għamel iservi f’din il-kariga.
https://www.one.com.mt/2020/08/17/ippubblikata-l-ittra-tar-rizenja-tal-avukat-generali/