Il-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Dun Anton Teuma, l-Isqof elett tad-Djoċesi Għawdxija se ssir nhar il-Ġimgħa li ġej wieħed u għoxrin ta’ Awwissu fir-Rotunda ta’ San Ġwann fix-Xewkija.
Oriġinarjament l-ordinazzjoni kellha ssir fit-13 ta’ Settembru fis-Santwarju Ta’ Pinu, iżda minħabba l-iżviluppi rigward l-imxija f’pajjiżna din kellha titmexxa ‘l quddiem.
L-ingress Solenni se jkun qed isir l-Erbgħa 16 ta’ Settembru fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija fil-Katidral t’Għawdex.
Dun Anton, li huwa mix-Xagħra, se jkun id-disa’ Isqof tad-Djoċesi Għawdxija u se jieħu post Monsijur Mario Grech li s’issa għadu jokkupa l-irwol ta’ Amministratur Appostoliku t’Għawdex.
It-tħabbira tal-Isqof elett saret fis-17 ta’ Ġunju li għadda min-Nunzju Appostoliku għal Malta.