Joseph Attard li għandu ħamsa u erbgħin sena magħruf aħjar bħala ‘Il-Knejjes’ wieġeb mhux ħati wara li ttella’ l-Qorti mixli b’serq mid-djar fost oħrajn mingħand raġel ta’ sebgħin sena.
Attard ġie mixli li seraq żewġ mowbajls u li żamm l-anzjan kontra l-volontà tiegħu.
Fil-Qorti, l-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Rodrick Attard spjegaw kif fl-imputat ġie identifikat wara li daħlu żewġ rapporti ta’ serq u rrakkuntaw kif l-akkużat sofra xi ġrieħi meta pprova jaħrab mill-pulizija waqt l-arrest.
L-akkużat baqa’ jinżamm arrestat hekk kif ma saritx talba għall-ħelsien.