Illum ġenituri se jirċievu l-allowance tat-tfal. Dak li se jirċievu llum huwa l-pagament għall-perjodu minn Ottubru sa Diċembru, u l-pagament ta’ dan il-perjodu se jkun ta’ 14-il ġimgħa minflok is-soltu 13-il ġimgħa.
Bħalma ġara f’dawn l-aħħar erba’ darbiet, dawn il-pagamenti qegħdin isiru tlett ġimgħat qabel id-data propja tagħhom , ħalli l-familji bi tfal li għadhom imorru l-iskola, ikunu f’pożizzjoni aħjar biex jixtru dawk l-affarijiet li jkunu meħtieġa għal meta tibda l-iskola.
Is-sena li għaddiet il-Ministru Michael Farrugia kien ħabbar li 16,590 familja kienu ħassew id-differenza u bejniethom kienu bbenefikaw minn €6 miljun.