Sirjan ta’ 24 sena, li joqgħod San Pawl il-Baħar, ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument li seħħ il-Qawra.
L-argument seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq it-Trunċiera f’San Pawl il-Baħar.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ argument bejn xi persuni li ħarbu minnufih minn fuq il-post.
Fuq il-post isejħet l-assistenza ta’ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.