Bħal-lum 78 sena, għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħodu fil-Port il-Kbir daħal l-SS Ohio, bħala parti mill-Operation Pedestal.
F’din l-operazzjoni, li bdiet b’14 -il bastiment waslet f’pajjiżna b’5 bastiment; bi 3 minnhom daħlu fit-13 t’Awwissu, ieħor fl-14 t’Awwissu u l-SS Ohio f’jum Santa Marija.
Dan daħħal 10,000 tunnellata ta’ fuel, li rranġat is-sitwazzjoni prekarja tal-fuel lill-ammirljat Ingliż waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan l-episodju baqa’ magħruf ma’ ħafna bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija.
Matul il-ġurnata tas-Sibt, pajjiżna qed jiċċelebra l-festa tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija. Din il-festa tiġi ċċelebrata f’seba’ parroċċi madwar Malta u Għawdex.