L-aġenżija internazzjonali ta’ kreditu Moody’s faħħret ir-riformi kostituzzjonali li ntroduċa l-Gvern fl-aħħar ġimgħat.
Dan ħareġ f’rapport li wettqet l-aġenzija indipendenti fuq l-andament ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna. Rapport li fih Malta ngħatat klassifikazzjoni ta’ A2 stabbli.
Dwar ir-riformi kostituzzjonali li implimenta Gvern Laburista fl-aħħar ġimgħat, l-esperti u l-analisti ta’ Moody’s qalu hekk;
“We view the adoption of laws based on the Venice Commission recommendations as a sign of the determination of Prime Minister Robert Abela… in tackling Malta’s institutional challenges.”
Dan jikkonferma l-ħidma ta’ Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela li jkompli jsaħħaħ il-governanza t-tajba ta’ pajjiżna.
Fir-rapport l-esperti ta’ Moody’s jikkonfermaw ukoll kif l-ekonomija Maltija ser tkun minn tal-ewwel li tirpilja hekk kif mistenni li sas-sena d-dieħla pajjiżna jerġa’ jkollu tkabbir ekonomiku.
Il-Prim Ministru Robert Abela fuq Twitter laqa’ b’sodisfazzjon dan ir-rapport li jinnota l-ħidma b’saħħitha ta’ dan il-Gvern li jsaħħaħ l-istituzzjonijiet u l-governanza tajba f’pajjiżna.
Intant fi stqarrija separata l-Gvern qal li dan huwa vot ta’ fiduċja ieħor fil-ħidma ekonomika u istituzzjonali li saret fl-aħħar xhur.
Qal li huwa jibqa’ kommess li jkompli jwettaq aktar riformi li jwasslu għal għada aħjar.
Qabel mal-Parlament aġġorna għall-btajjel tas-sajf, b’mod unanimu għaddew sitt liġijiet favur is-saltna tad-dritt u l-governanza tajba.
Ir-rapport ta’ Moody’s isegwi dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen li rrikonoxxiet ħidmet il-Gvern Malti favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.
Dan apparti li s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, il-Barunessa Patricia Scotland stqarret li hija impressjonata bir-riformi kostituzzjonali u istituzzjonali f’Malta.
@MoodysInvSvc welcomes the #constitutional changes #Malta 🇲🇹 introduced as a sign of this administration’s determination to #strengthen #institutions and #governance – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) August 14, 2020