Dan mhux is-summit tal-pajjizi bil-problemi iżda s-summit tal-pajjiż li għandhom ħafna opportunitajiet. Kliem il-Prim Ministru Malti meta f’Ateni attenda għal summit tal-mexxejja tal-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Ewropa.
Qal li l-opportunitajiet jinħolqu jekk inħarsu lejn il-kontintent li l-iktar għandu suq globali, l-Afrika. Kontinent li l-ewwel art li jsib huwa l-mediterran. L-immigrazzjoni u l-ekonomija kienu wkoll fuq l-aġenda ta’ dawn l-ewwel summit li laqqa l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jmissu mal-Mediterran.