Fix-xahar ta’ Lulju, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rreġistra mija, tnejn u ħamsin elf, tmien mija u tmintax-il moviment tal-passiġġieri.
Fil-bidu ta’ Lulju, l-ajruport reġa’ fetaħ għat-titjiriet kummerċjali.
Fi stqarrija, il-mitjar Malti tenna l-appell tiegħu lil dawk li ser isiefru dalwaqt sabiex jikkooperaw u jirrispettaw lil passiġġieri oħrajn u lill-ħaddiema tal-ajruport billi jilbsu l-maskra u jżommu distanzi soċjali.