Eks plejer ta’ Liverpool li snin ilu wkoll għolla l-kampjonat Ingliż bħal ma għamlu riċentament il-plejers ta’ Liverpool, stqarr ma’ ONE News li l-Maltin għandhom imħabba kbira lejn il-futbol u lejn il-klabbs li jappoġġjaw. Qal li l-Maltin għandhom passjoni kbira għall-futbol u jappoġġjaw lill-klabbs b’ruħhom u b’ġisimhom.
Min hu dan l-eks-plejer ta’ Liverpool u x’kellu xi jgħid dwar ir-rebħa tad-dsatax-il kampjonat Ingliż għat-tim ta’ Liverpool? Kif iċċelebraw din ir-rebħa storika l-partitarji Maltin ta’ dan il-klabb mogħni b’suċċessi kbar? Ara dan kollu fi produzzjoni esklussiva oħra ta’ ONE News dwar ir-rebħ tad-dsatax-il kampjonat Ingliż għat-tim ta’ Liverpool.