Tliet persuni nkluż ix-xufier u l-kunduttur tilfu ħajjithom wara li ferrovija qabżet il-linja f’Aberdeenshire, l-Iskozja.
Filwaqt li sitt persuni oħra kienu feruti u ttieħdu l-isptar.
Huwa mifhum li l-maltempata qalila kienet il-kawża wara dan l-inċident hekk kif fl-aħħar jiem kien hemm diversi għargħar tant li kkawża fl-interruzzjoni tal-ivvjaġġar fil-pajjiż.
Kien hemm mat-tlietin ambulanza msejjħa fuq il-post sabiex jagħtu l-għajnuna medika.