Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli semmiet diskussjonijiet importanti li qed isiru dwar possibiltà li jsir ittestjar għall-virus fl-ajruport stess, għall-passiġġieri li jiġu minn postijiet partikolari.
Dan sostnietu f’kummenti ma’ ONE News u saħqet fuq l-importanza ta’ dawn il-miżuri ta’ prekawzjoni li jserħu moħħ kull min jinsab f’pajjiżna fosthom ir-rata qawwija ta’ testijiet għall-Covid-19.