Il-mezzo-sopran Marie Therese Vassallo mietet fl-età ta’ 71 sena.
Vassallo, li hija Slimiża, mietet matul il-lejl li għadda u tibqa’ mfakkra għall-involviment qawwi tagħha fil-mużika permezz tal-kant u anki t-tagħlim u t-taħriġ fil-vuċi li kienet tagħti lil diversi persuni.
F’pajjiżna u lil hinn minn xtutna, Vassallo interpretat bosta opri, musicals u anki mużika sagra.
Hija waqqfet l-Għaqda Kantanti Liriċi Maltin u mill-1990 ‘il quddiem kienet il-President tal-għaqda.
Waqqfet anki l-kor tagħha ‘Marie Therese Vassallo Voice Studio’ u anki kienet tikkomponi l-mużika għall-poeżiji li kien jikteb il-Professur Olivier Friggieri.
Din il-mużika anki xxandret fuq sensiela għat-televiżjoni.