Libjan ta’ 28 sena mill-Marsa ttieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex wara argument li seħħ fiż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ filgħodu fi Triq il-Port.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ argument bejn diversi persuni li f’waqtu r-raġel ta’ 28 sena sofra xi ġrieħi u ttieħed l-isptar.
Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.