Il-Maġistrat Nadine Lia qalet li hemm biżżejjed provi biex Owen Schembri u Leon Debono jtiqiegħu taħt att ta’ akkuża.
Iż-żewġ żgħażagħ ta’ tmintax-il sena minn Ħal Kirkop qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Saviour Gaffarena u bl-attentat ta’ qtil ta’ kuġinuh, Vince Gaffarena.
Id-difiża argumentat li ż-żewġ akkużati għadhom żgħar biex jinżammu fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin. Għaldaqstant huma talbu biex jinżammu il-ħabs taż-żgħażagħ il-YOURS fl-Imtaħleb.
Il-qorti se tkun qed tiddeċiedi fuq din it-talba.