F’Jum il-Vitorja tiġi ċelebrata rebħa storika għall-pajjiżna.
Iżda għal Charlene Mercieca, dan il-jum se jibqa’ mniżżel fl-istorja personali tagħha, għaliex għażlitu biex nediet paġna ġdida fl-isem Glamourosity.eu. Charlene, tfajla ta’ 32 sena, serqet il-qlub dawn l-aħħar xhur wara li mardet bil-kanċer. Illum-il ġurnata tixtieq titrażmetti s-saħħa, speċjalment dik li tiġi minn attitudni pożittiva lejn il-ħajja . L-għan tas-sit tagħha ġabritu f’dan il-poster:
Charlene qalet li dan is-sit se jinkorpora djarju dwar il-vjaġġ tagħha hi u tgħaddi minn kanċer. Dan se jkun akkumpanjat minn tpinġija tal-karattru ‘Charly’ – ħolqien ta’ Moira Zarah.
“Nittama li dan is-sit ikun ta’ ispirazzjoni lil ħafna, biex jagħtu l-appoġġ lilhom infushom fi vjaġġ ta’ saħħa, imħabba, prosperità u sbuħija” qalet Charly, filwaqt li ttamat li kulħadd jirrealizza kemm għandu saħħa u kemm hu kapaċi jfassal vjaħħ għaih innifsu.