Jekk tidħol f’xi paġna fuq Facebook bħal Are You Being Served issib biżibilju ta’ lmenti fejn konsumaturi Maltin jitkellmu dwar esperjenzi xejn sbieh li jkunu għaddew minnhom.
Però jidher li hemm okkażjonijiet fejn qed ikunu effettivi l-awtoritajiet li jħarsu l-konsumatur, tant li minn stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea, il-konsumatur Malti klassifika tajjeb f’dik li hi fiduċja, meta mqabbel ma’ dawk Ewropej.