Il-jum tat- 8 ta Settembru, jum li għandu tifsira importanti fl-istorja ta’ pajjiżna. Illum, il-Maltin jiċċelebraw r-rebħa meta pajjiżna ħareġ rebbieħ fuq it-Torok, fl-Assedju l-Kbir fl-1565. It-8 ta’ Settembru timmarka l-jum li fih l-Italja waqqfet il-bumbardamenti tagħha mill-ajru fuq ġżiritna.
Dalgħodu saret tifkira biswit il-Monument tal-Assedju l-Kbir, quddiem il-Qorti, il-Belt Valletta, fejn il-Forzi Armati laqgħu lill-President ta’ Malta,Marie Louise Coleiro Preca, li imxiet sa quddiem il-Monument, fejn ingħatat il-Present Arms, u indaqqet il-fanfarra.
Minnufih l-President, Marie Louise Coleiro Preca poġġiet il-kuruna f’riġlejn il-Monument u ingħatat is-salut għall-okkażżjoni.
Dan il-jum huwa wkoll għażiż għal Kattoliċi madwar id-dinja, dan għaliex fih jitfakkar it-Twelid ta’ Santa Marija. Il-festa ta’ Marija Bambina tiġi ċċelebrata fl-Isla, in-Naxxar, il-Mellieħa u fix-Xagħra Għawdex fejn għall-ewwel darba saru l-attivitajiet ċeremonjali ta’ Jum il-Vittorja.