Il-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma infurmat lil Transport Malta li kanna prinċipali tad-drenaġġ taħt Triq il-Kosta ġarrbet xi ħsarat.
B’konsegwenza, parti mit-triq fuq din is-sistema qed jiġrilha l-ħsara bil-pressa tad-drenaġġ. Transport Malta qed issegwi s-sitwazzjoni mill-qrib u qed tiggwida x-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex kemm jista’ jkun iżżomm milli ssir iktar ħsara u biex tiżgura li l-istruttura u wiċċ it-triq jinġiebu lura għal kundizzjoni oriġinali tagħhom.