Raġel ta’ 24 sena residenti l-Għarb Għawdex u raġel ta’ 31 sena mill-Maċedonja ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li kkaġunaw ġrieħi ta’ natura gravi lil raġel ta’ 49 sena residenti x-Xagħra.
Il-każ ġara fit-2 ta’ Awwissu għall-ħabta tas-2:00 ta’ filgħodu, fi Triq il-Port, Żebbuġ, Għawdex.
Huma wieġbu mhux ħatja.